![]() |
MALTA
1971
|
![]() |
Joe Grech
MARIJA L-MALTIJA
Charles
Mifsud & Joe Grech
Marija,
Marija, Marí
Ismek fuq fomm kulħadd, isem ferrieħ
Marija, Marija, Marí
Bħal ward li jfewwaħ ġnien tant hu sabiħ
Kulur
ħaddejk lewn xrar in-nar
Minn ġos-smewwiet
L-Anġli ġabu żewġ kwiekeb kbar
Blu, blu, dawk għajnejk sbieħ
Tbissima ta' mistrieħ
Denja li tkun bint Malta
Marija l-Maltija
M'hemmx
li jdur l-iżveljarin
Nistenna li jgħaddi l-ħin
Putirjal mimli bit-tama
Ħdejn il-funtana nkun nistenniek
Sabiex moħħi jsib is-serħ
Qalbi tintela' bil-ferħ
Il fortuna laqqgħatni miegħek
Ħelu d-destin
Marija,
Marija, Marí
Ismek fuq fomm kulħadd, isem ferrieħ
Marija, Marija, Marí
Bħal ward li jfewwaħ ġnien tant hu sabiħ
Kulur
ħaddejk lewn xrar in-nar
Minn ġos-smewwiet
L-Anġli ġabu żewġ kwiekeb kbar
Blu, blu, dawk għajnejk sbieħ
Tbissima ta' mistrieħ
Denja li tkun bint Malta
Marija l-Maltija
Marija l-Maltija